Marianne Theuma

Courses / Breastfeeding Course

Self-paced courseMaltese

Breastfeeding Course

What you'll get

  • 15 modules · 84 lessons
  • Lifetime access after purchase
  • Certificate on completion
  • Learn on any device

Curriculum preview

Module 1
Introduzzjoni

5 lessons

Module 2
Disclaimer

1 lessons

Module 3
Module 1 - L-Ewwel Ħalib

4 lessons

Malli titwieled it-tarbija, il-ġisem diġà jkollu lesti xi ħaġa speċjali: ftit ħalib, safrani, qisu deheb. Għaliex ftit? Għaliex hekk? U x’għandu x’jaqsam dan kollu ma’ kif titwieled, ma’ skin-to-skin, u ma’ dik is-sistema moħbija li jsejħulha microbiome?

F’dan il-modulu niskopru l-colostrum — mhux bħala “l-ewwel ħalib biss”, imma bħala l-bidu ta’ storja akbar bejn omm u tarbija.

Module 4
Module 2 - L-Ewwel 3 Xhur wara t-Twelid

5 lessons

Jekk ħadtu l-kors tat-tqala, tiftakru l-4th trimester: dawk l-ewwel 3 xhur qishom estensjoni tat-tqala. Imma… inżommuha wisq? Ninfisduha? U meta tibki u ma nafux x’trid?

F’dan il-modulu niskopru għaliex viċinanza, treddiegħ, u ħin bla arloġġi mhumiex “fsied” — imma eżatt dak li t-tarbija għandha bżonn biex tikber kunfidenti.

Module 5
Module 3 - Kollox Idur Madwar l-Omm

4 lessons

L-omm hi l-ewwel skola tat-tarbija — imma allura kif nieħdu ħsieb lilha, mingħajr ma nifirduha mit-tarbija? U vera tarbija tat-twelid għandha torqod ħafna… jew qed titlef xi ħaġa importanti?

F’dan il-modulu niskopru għaliex kollox jibda mill-omm: sapport, sensi, viċinanza, u għaliex l-ewwel ġranet — anke jekk diffiċli — jistgħu jinbidlu b’tagħlim u għajnuna f’waqtha.

Module 6
Module 4 - Struttura tas-Sider

10 lessons

Is-sider hu qisu fabbrika — imma d-daqs, il-ponot, u d-dawra l-kannella… x’għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni? U għaliex, kultant, it-tarbija tibgħat ħin twil fuq is-sider u xorta… ma tkun qed tieħu xejn?

F’dan il-modulu niskopru kif taħdem is-sistema tassew: mill-pinch test sal-let-down, u dik il-mantra li tibdel kollox — mexxi l-ħalib qabel tibda.

Module 7
Module 5 - Qabda Tajba!

12 lessons

Wara li trattab id-dawra l-kannella… x’fadal? Il-latch — dik il-qabda li tista’ tfisser kollox: ħalib li jinżel waħdu… jew ponot li jaħarqu wara ftit minuti biss.

F’dan il-modulu niskopru s-sigriet f’tliet kelmiet goffi imma li ma tinsiehomx: “Temmagħhielu sa griżmejh!” — u għaliex mhux l-arloġġ, imma kif tqabbad, jagħmel id-differenza.

Module 8
Module 6 - L-Ewwel Ftit Jiem Wara t-Twelid

10 lessons

Ftit colostrum… imbagħad f’daqqa waħda, sidrek jimtela’ qisu ġebla. Imbagħad? Tixxarrab il-ħin kollu. X’qed jiġri — u kif tgħaddi din l-ewwel ġimgħa mingħajr ma taqta’ qalbek?

F’dan il-modulu niskopru t-tliet fażijiet: colostrum, engorgement, u leaking — u dik il-mantra: "Get the milk to flow!"

Module 9
Module 7 - Taqtax Qalbek!

12 lessons

Qed tħossok li m’għandekx ħalib? Li l-ponot jaħarquk? Li “għinhom bil-bottle”? Qabel ċċedi… ħu nifs. Ħafna minn dan huwa normali — u ħafna minnu jista’ jinbidel.

F’dan il-modulu niskopru l-problemi l-aktar komuni tal-ewwel ġimgħat, u x’tista’ tipprova qabel taqta’ qalbek — mill-qabda sal-gass, mill-engorgement sal-growth spurts.

Module 10
Module 8 - Dieta Għal Omm Li Tredda'

2 lessons

Tista’ tiekol bħat-tqala… jew hemm xi ħaġa li tinbidel? U vera dak li tiekol jista’ jibdel it-togħma tal-ħalib — saħansitra jagħmel lit-tarbija tabborra s-sider?

F’dan il-modulu niskopru x’għandek bżonn aktar issa, x’jaqbillek tevita, u għaliex “kul tajjeb… u bis-sens” huwa aktar importanti milli xi dieta speċjali.

Module 11
Module 9 - Lura Għax-Xogħol

6 lessons

F’xi żmien se jasal… imma meta? Sitt ġimgħat? Full-time? Mid-dar? U x’ħalib se jieħu l-baby meta int ma tkunx hemm — tiegħek, storjat… jew formula?

F’dan il-modulu niskopru kif tippjana r-ritorn għax-xogħol mingħajr ma titlef il-produzzjoni: pompa, fridge, freezer, u dik l-idea li “the best” jibqa’ tiegħek — anke meta d-dar ma tkunx.

Module 12
Module 10 - Hemm Bżonn "Ngħinuha"?

5 lessons

Meta t-tarbija tikber u tibki… “għinha bil-bottle”? Vera hemm bżonn — jew qed tgħidlek xi ħaġa oħra, bħal growth spurt?

F’dan il-modulu niskopru demand & supply, meta (u jekk) iddaħħal il-formula, u kif id-deċiżjoni tibqa’ tiegħek — b’sapport, mhux bi pressjoni.

Module 13
Module 11 - Supplimenti

3 lessons

It-tarbija tibki… u mill-ewwel taħseb: “hemm bżonn tal-bottle?” Qabel tħarbat is-sistema — jew qabel taqtgħek qalbek — hemm mistoqsija aħjar: x’qed tipprova tgħidlek?

F’dan il-modulu niskopru meta (u jekk) iddaħħal suppliment, kif iżżomm il-kunfidenza fl-ewwel ġimgħat, u l-ewwel passi lejn l-ikel — mingħajr pressjoni, b’għan ċar.

Module 14
Module 12 - Meta Naslu Biex Niefqu Inreddgħu

4 lessons

Ta’ kemm eta’ l-aħjar tieqaf? Ħadd ma jista’ jgħidlek — u ħadd m’għandu jindaħal. Imma… kif tagħmilha bil-mod, mingħajr ma tħalli lit-tifel/tifla jħossu mkeċċija? U x’jiġri meta s-sider… u l-period… jibdew jinbidlu?

F’dan il-modulu niskopru t-tmiem tat-treddiegħ bħala deċiżjoni bejn omm u tarbija — bil-komfort, bil-konsistenza, u mingħajr pressjoni ta’ ħaddieħor.

Module 15
Konkluzjoni

1 lessons